Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta ’ Novembru 2015 – Navarra de Servicios y Tecnologias vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑487/13)
“Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Riżorsi tal-Istat — Attività ekonomika — Vantaġġ — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Użu ħażin ta’ poter”
|
1. |
Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess individwali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Rikors tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 35‑38) |
|
2. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat — Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 44, 45) |
|
3. |
Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Destinatarji — Impriżi — Kunċett — Eżerċizzju ta’ attività ekonomika — Tnedija, manutenzjoni u operazzjoni tan-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati — Eżistenza ta’ suq — Assenza ta’ eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 49‑61) |
|
4. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Interventi konsekuttivi tal-Istat li bejniethom jeżistu rabtiet indissoċjabbli — Evalwazzjoni tal-miżuri kollha meħuda — Ammissibbiltà (Artikolu 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 65, 66, 70) |
|
5. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 78‑81) |
|
6. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 87) |
|
7. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sostnuti minn impriża — L-ewwel kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmar — Obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar — Assenza ta’ impriża benefiċjarja effettivament responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku — Inklużjoni fil-kunċett — Falliment tas-suq — Ċirkustanza insuffiċjenti sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali (Artikoli 14 TFUE u 107(1) TFUE; Protokoll Nru 26 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 89, 97‑99, 102, 104, 105, 117) |
|
8. |
Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Settur tax-xandir — Determinazzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Distinzjoni bejn provvista tas-servizz ta’ xandir u t-tħaddim tan-netwerks ta’ xandir — Ammissibbiltà (Artikolu 107(1) TFUE ; Protokoll Nru 29 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 107, 108, 110, 111) |
|
9. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 134) |
|
10. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Komunikazzjoni dwar il-mogħdija għad-diġitali — Natura ġuridika — Regoli ta’ kondotta indikattivi li jimplikaw restrizzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni minnha stess (Artikolu 107(3) TFUE u 108 TFUE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2003) 541 finali) (ara l-punt 136) |
|
11. |
Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 142, 144, 145) |
|
12. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punt 144) |
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad‑19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra. |