Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa ’ Awla) tal-15 ta ’ Lulju 2015 — Il‑Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑314/13)
“Fond ta’ Koeżjoni — Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (Port ta’ Caniçal) — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”
|
1. |
Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 30) |
|
2. |
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Sospensjoni jew tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja wara irregolaritajiet — Terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Bidu tad-dekorrenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 108) (ara l-punti 31-33) |
|
3. |
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Korrezzjonijiet finanzjarji — Terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Impossibbiltà ta’ adozzjoni wara l-iskadenza tat-terminu (Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Anness II, Artikolu H(2), kif emendat bir-Regolamenti Nru 1264/1999 u Nru 1265/1999; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1386/2002, Artikolu 18(3)) (ara l-punt 39) |
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira — Port ta’ Caniçal”, Madeira (il‑Portugall).
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall), hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |