SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)
19 ta’ Ġunju 2015 ( *1 )
“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Talba għal rikuża ta’ Imħallef — Assenjazzjoni mill-ġdid — Interess tas-servizz — Regola ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-kariga — Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Proċeduri dixxiplinari — Drittijiet tad-difiża”
Fil-Kawża T‑88/13 P,
li għandha bħala suġġett appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F‑88/09 u F‑48/10, ĠabraSP, EU:F:2012:171), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza,
Z, residenti fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu), irrappreżentata minn F. Rollinger, avukat,
appellanti,
il-parti l-oħra fil-kawża li hija
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentata minn A. Placco, bħala aġent,
konvenuta fl-ewwel istanza,
IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell),
komposta minn M. Jaeger, President, H. Kanninen (Relatur) u D. Gratsias, Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
tagħti l-preżenti
Sentenza ( 1 )
|
1 |
Permezz tal-appell tagħha ippreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F‑88/09 u F‑48/10, ĠabraSP, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”, EU:F:2012:171), li biha dan ċaħad ir-rikors tagħha li kellu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni ewropea, rispettivament, tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tagħha, u tal-10 ta’ Lulju 2009 li imponiet is-sanzjoni tat-twissija bil-miktub. |
Il-fatti li wasslu għall-kawża
|
2 |
Il-fatti li wasslu għall-kawża jidhru fil-punti 23 sa 66 tas-sentenza appellata fit-termini li ġejjin:
1. Id-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tat-18 ta’ Diċembru 2008
[…]
2. Id-deċiżjoni li tirrigwarda sanzjoni dixxiplinari tal-10 ta’ Lulju 2009
[…]
[…]
[…]
[…]
|
Il-proċedura fl-ewwel istanza
[omissis]
|
5 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-22 ta’ Ġunju 2010, ir-rikorrenti ppreżentat rikors, li ġie rreġistrat taħt ir-riferiment F‑48/10 (iktar ’il quddiem ir-“Rikors F‑48/10”), li huwa intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-10 ta’ Lulju 2009 li imponiet is-sanzjoni tat-twissija bil-miktub (iktar ’il quddiem is-“sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009”) kif ukoll, sakemm hemm bżonn, tad-deċiżjoni li tirrigwarda ċ-ċaħda tal-ilment imressaq kontra din is-sanzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 50 000 fuq il-bażi tal-kumpens għad-danni morali. |
|
6 |
Fid-difiża, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet b’mod partikolari ċ-ċaħda tar-rikors F‑48/10. [omissis] |
|
11 |
Fil-ftuħ tas-seduta tal-25 ta’ Jannar 2012, ir-rikorrenti ressqet talba speċifika għall-iskwalifika li tindika l-imħallef relatur, li sar, mill-ittra ċċitata fil-punt 7 iktar ’il fuq, President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u President tat-Tielet Awla, Kulleġġ Ġudikanti li lilu ġew attribwiti l-kawżi inkwistjoni, minħabba apparenza ta’ nuqqas ta’ integrità, ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza. F’din it-talba, kien indikat, fost l-allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-parzjalità tal-imħallef relatur ibbażati fuq il-fatt li dan kien, fil-kwalità tiegħu ta’ President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, żamm l-eżistenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li jgħid “l-istess għall-membri [tal-imsemmi Tribunal] li [kienu] aċċettaw li jsiru membri tal-imsemmi kumitat, l-imparzjalità tagħhom li kienet f’dan ir-rigward oġġettivament kompromessa”. |
|
12 |
Wara t-talba ta’ skwalifika fformulata mir-rikorrenti fil-bidu tas-seduta, il-Qorti Ġenerali ssospenda l-proċeduri. |
|
13 |
Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Frar 2012, ir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku trażmetta, għall-osservazzjonijiet eventwali, it-talba ta’ skwalifika lill-Qorti tal-Ġustizzja, li, permezz ta’ ittra li waslet fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-17 ta’ Frar 2012, indikat li ma kellhiex osservazzjonijiet x’tippreżenta u li tistrieħ fuq l-għerf tal-imsemmi Tribunal. Permezz ta’ deċiżjoni motivata tad-29 ta’ Marzu 2012, il-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad it-talba tal-iskwalifika li tikkonċerna kemm l-imħallef relatur kif ukoll iż-żewġ imħallfin li servew fil-kumitat responsabbli tal-ilmenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
|
14 |
Permezz ta’ ittra tar-Reġistru tal-4 ta’ April 2012, il-partijiet issejħu għal seduta ġdida li seħħet fl-10 ta’ Mejju 2012. |
|
15 |
Fil-5 ta’ Diċembru 2012, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tielet Awla) iddeċieda s-sentenza appellata. [omissis] |
Is-sentenza appellata
[omissis]
Fuq ir-rikors F‑48/10
|
28 |
Insostenn tat-talbiet tagħha fl-annullament, ir-rikorrenti invokat sitt motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-4 ta’ Mejju 2004 dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2004”), it-tieni, fuq l-irregolarità tal-proċedura dixxiplinari, għal ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju, kif ukoll tal-Artikoli 1 sa 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ir-raba’, fuq l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess fil-kap tal-Awtorità tal-Ħatra, fuq ksur tal-Artikoli 2 u 10 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 8 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali ta’ oġġettività, ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza, il-ħames, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet u, is-sitt wieħed, fuq l-eżistenza ta’ abbuż u fuq użu ħażin ta’ poter, kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
29 |
Permezz tas-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad dawn il-motivi kollha. [omissis] |
Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u t-talbiet tal-partijiet
|
32 |
Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-14 ta’ Frar 2013, l-appellanti ppreżentat dan l-appell. |
|
33 |
Permezz ta’ ittra ppreżentata lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-26 ta’ Frar 2013, l-appellanti ressqet talba intiża li tikseb l-anonimat, li l-President tal-Bord tal-Appell laqa’ permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2013. |
|
34 |
Fil-19 ta’ Settembru 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentat ir-risposta tagħha. Il-proċedura bil-miktub ingħalqet fid-2 ta’ Diċembru 2013. |
|
35 |
Fuq ir-rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) ikkonstatat li ebda talba għal seduta ma kienet ġiet ippreżentata mill-partijiet fi żmien xahar mid-data li fiha ġew innotifikati bl-għeluq tal-proċedura bil-miktub u ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 146 tar-Regoli tal-Proċedura, li tagħti deċiżjoni mingħajr ma tgħaddi għall-fażi orali tal-proċedura. |
|
36 |
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
|
37 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
Fuq l-appell
|
38 |
In sostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħdax-il aggravju. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-assenza ta’ imparzjalità tat-Tielet Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal rikors effettiv sa fejn l-istħarriġ tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jirrigwarda l-osservanza tal-kundizzjoni relatata mal-interess tas-servizz, prevista fl-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, hija limitata. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku biex jieħu deċiżjoni fuq it-talba tal-iskwalifika tal-25 ta’ Jannar 2012. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ xieraq sa fejn ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jipprevedux il-possibbiltà li jiġi ppreżentat appell kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għall-iskwalifika ta’ imħallef. Il-ħames aggravju huwa bbażat, minn naħa, fuq il-ksur tal-obbligu li tiġi stabbilita l-verità materjali tal-motivazzjonijiet wara d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 u, min-naħa l-oħra, żnaturament tal-fatti. Is-sitt aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ħa deċiżjoni, bi żball, li d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid kienet ġiet adottata bl-interess biss tas-servizz fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Is-seba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa fejn ħa deċiżjoni, bi żball, li l-Awtorità tal-Ħatra kienet osservat ir-regola tal-korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg. It-tmien aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ. Id-disa’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ħa deċiżjoni, bi żball, li t-talbiet għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba x-xandir lill-persunal kollu tad-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid kienu inammissibbli. L-għaxar aggravju huwa bbażat, minn naħa, fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa fejn ħa d-deċiżjoni li l-kumitat responsabbli tal-ilmenti, li ċaħad l-ilment imressaq kontra s-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009, kellu kompetenza u, min-naħa l-oħra, tan-nuqqas li tittieħed deċiżjoni fuq il-motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2004. Il-ħdax-il aggravju huwa bbażat, fuq naħa, fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa fejn ħa d-deċiżjoni, bi żball, li l-Awtorità tal-Ħatra kienet osservat l-Artikoli 1 sa 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju. [omissis] |
Fuq l-aggravji relatati mar-rikors F-48/10
Fuq l-għaxar aggravju bbażat, minn naħa, fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa fejn ħa d-deċiżjoni li l-kumitat responsabbli tal-ilmenti, li ċaħad l-ilment imressaq kontra s-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009, kellu kompetenza u, min-naħa l-oħra, tan-nuqqas li tittieħed deċiżjoni fuq il-motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2004.
|
138 |
L-appellanti tikkritika l-punti 226 sa 228 tas-sentenza appellata li bihom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad bħala ineffettiv il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti, minħabba d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment imressaq kontra s-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009, peress li kien att ta’ konferma nieqes minn kontenut awtonomu, l-annullament tiegħu ma kienx jista’ jeżerċita influwenza fuq il-legalità tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009. Fil-fehma tagħha, dan ir-raġunament tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma setax jistrieħ fuq l-eżistenza ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment adottat minn korp mingħajr kompetenza. |
|
139 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkontesta l-argumentazzjoni tal-appellanti. |
|
140 |
Fl-ewwel istanzi, ir-rikorrenti talbet l-annullament tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 u, sakemm kien hemm bżonn, għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment imressaq kontra s-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 (sentenza appellata, punt 69). |
|
141 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, kull deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment, kemm jekk hija impliċita jew espliċita, jekk hija pura u sempliċi, tikkonferma biss l-att jew l-ommissjoni li tiegħu l-attur jilmenta u ma tikkostitwixxix, meħud waħedha, att li jista’ jiġi kkontestat, b’mod li t-talbiet imressqin kontra din id-deċiżjoni mingħajr kontenut awtonomu meta mqabbla mad-deċiżjoni inizjali għandhom jiġu kkunsidrati bħala mressqin kontra l-att inizjali (digriet tas-16 ta’ Ġunju 1988, Progoulis vs Il-Kummissjoni, 371/87, Ġabra, EU:C:1988:317, punt 17 u s-sentenza tat-2 ta’ Marzu 2004, Di Marzio vs Il-Kummissjoni, T‑14/03, ĠabraSP, EU:T:2004:59, punt 54). Deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment hija att ta’ konferma, nieqsa minn kontenut awtonomu, meta ma tinkludix eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tal-attur li jilmenta abbażi ta’ punti ġodda ta’ dritt jew ta’ fatt [sentenzi tal-21 ta’ Settembru 2011, Adjemian et vs Il-Kummissjoni, T‑325/09 P, Ġabra, EU:T:2011:506, punt 32, u tal-21 ta’ Mejju 2014, Mocová vs Il--Kummissjoni, T‑347/12 P, Ġabra (Estratti), EU:T:2014:268, punt 34]. |
|
142 |
Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 141 iktar ’il fuq, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata, fil-punt 227 tas-sentenza appellata, li l-amministrazzjoni ma kinitx wettqet eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti skont punti ġodda ta’ dritt jew ta’ fatt, b’mod li d-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment għandha tiġi kkunsidrata bħala purament ta’ konferma tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009. Huwa kkonkluda li l-annullament tad-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment ma kienx jista’ jeżerċita influwenza fuq il-legalità tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009, b’mod li l-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti, li jipprevedi li d-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment tkun annullata, għandha tiċċaħħad bħala ineffettiva. |
|
143 |
Għandu jiġi rrilevat, madankollu, li, permezz tal-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat tal-ilmenti, invokat mir-rikorrenti fl-ewwel istanzi, din kienet qed tikkontesta l-kompożizzjoni tal-imsemmi kumitat li kien ċaħad l-ilment tagħha mressaq kontra s-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009. Għalhekk, dan il-motiv kien ittratta l-kwistjoni jekk l-eżami tal-ilment tar-rikorrenti kien is-suġġett ta’ proċedura regolari li setgħet twassal għal deċiżjoni differenti minn dik tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009. Għaldaqstant, ir-rikorrenti kienet tippossjedi interess reali u distint li titlob l-annullament tad-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment, u mhux biss l-annullament tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009. |
|
144 |
Fil-fatt, għalkemm kienet saret applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 141 iktar ’il fuq, mingħajr rigward tal-fatt li l-aggravju inkwistjoni huwa relatat mal-proċedura amministrattiva tal-ilment huwa stess u mhux mal-att inizjali li huwa s-suġġett ta’ lment, kull possibbiltà ta’ kontestazzjoni li kienet ittrattata fil-proċedura prekontenzjuża hija eskluża, li b’hekk telfet lill-attur tal-ilment il-benefiċċju ta’ proċedura li għandha bħala għan li tippermetti u tiffavorixxi ftehim bonarju tat-tilwima li tkun qamet bejn l-uffiċjal u l-amministrazzjoni u timponi fuq l-Awtorità li minnha jiddependi l-uffiċjal li teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha, fl-osservanza tar-regoli, fid-dawl tal-oġġezzjonijiet eventwali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Mocová vs Il‑Kummissjoni, punt 141 iktar ’il fuq, EU:T:2014:268, punt 38). |
|
145 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat bħala infondat l-argument tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-appellanti ma kellhiex interess li titlob l-annullament tad-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment wara li ppreżentat appell b’annullament tal-att inizjali, billi anki jekk il-proċedura tal-ilment hija irregolari, huwa inutli li l-amministrazzjoni tieħu deċiżjoni ġdida fuq l-ilment sa fejn l-appellanti talbet lill-qorti biex tannulla hija stess l-att inizjali. Bil-kontra għal dak li targumenta l-Qorti tal-Ġustizzja, l-interess tal-attur tal-ilment li l-proċedura tal-ilment titmexxa b’mod regolari u, għaldaqstant, li d-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment tagħha tkun annullata f’każ ta’ irregolarità, għandha tiġi evalwata b’mod awtonomu u mhux b’rabta mal-eventwali appell ippreżentat kontra l-att inizjali, suġġett tal-ilment. Kieku kien mod ieħor, il-persuna kkonċernata ma tista’ qatt targumenta fuq l-irregolaritajiet tal-proċedura ta’ lment, peress li tkun ċaħditha għaldaqstant mill-benefiċċju ta’ eżami mill-ġdid prekontenzjuża regolari tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni, kull darba li appell kontenzjuż huwa ppreżentat kontra l-att inizjali li kontrih jitressaq l-ilment. |
|
146 |
Minn dan jirriżulta li, fid-dawl tas-suġġett tal-aggravju inkwistjoni, li huwa relatat mal-proċedura ta’ lment, l-appellanti għandha tkun tista’ tistaqsi lill-qorti tal-Unjoni li tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni li tirrigwarda ċaħda tal-ilment u mhux biss dik tas-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009. |
|
147 |
Għaldaqstant għandu jiġi kkunsidrat li t-Tribunal tas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi billi ċaħad il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti bħala ineffettiv. |
|
148 |
Għalhekk, l-għaxar aggravju għandu jiġi milqugħ. [omissis] |
|
162 |
Konsegwentement mill-argumenti kollha preċedenti għandu jintlaqa’ parzjalment l-appell u tiġi annullata s-sentenza appellata sa fejn hija vvizzjata minn żball ta’ liġi kkonstatata fil-punti 140 sa 147 iktar ’il fuq. |
Fuq ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza
|
163 |
Skont l-Artikolu 13(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat, il-Qorti Ġenerali għandha tħassar id-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tiddeċiedi l-kawża hija stess. Madankollu, jekk il-kawża tkun f’punt fejn għad ma tistax tinqata’, il-Qorti Ġenerali għandha tibgħat l-atti lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku biex tingħata deċiżjoni. |
|
164 |
F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tiddisponi mill-elementi neċessarji biex tagħti deċiżjoni fuq ir-rikors tal-ewwel istanza. |
|
165 |
Fid-dawl tal-fatt li l-appell huwa milqugħ biss parzjalment u li s-sentenza appellata hija annullata biss sa fejn hija vvizzjata minn żball ta’ liġi identifikat fil-punti 140 sa 147 iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-evalwazzjonijiet l-oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, mhux ivvizzjati mill-imsemmi żball, saru definittivi. Għaldaqstant huwa l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li teżamina biss il-motiv invokat mir-rikorrenti fil-Kawża F‑48/10, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2004. |
|
166 |
Quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ir-rikorrenti sostniet li l-kumitat responsabbli tal-ilmenti, responsabbli li jeżamina l-ilment tagħha mressqa kontra s-sanzjoni tal-10 ta’ Lulju 2009, kompost minn imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja u minn żewġ avukati ġenerali, kien ikkostitwit irregolarment. F’dan ir-rigward, hija targumenta, l-ewwel nett, li l-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprovdi li “[l]-Imħallfin ma’ jistgħu ikollhom ebda kariga politika jew amministrattiva”. It-tieni nett, kienet qed tinvoka l-Artikolu 12 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li minnu jirriżulta li l-uffiċjali u impjegati oħra mal-Qorti tal-Ġustizzja “għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur taħt l-awtorità tal-President”, b’mod li huma biss ir-Reġistratur u l-President tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistgħu jaġixxu fil-kwalità tal-Awtorità tal-Ħatra. It-tielet nett, hija kienet qed tallega li l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2004, li jipprovdi li “il-kumitat responsabbli tal-ilmenti jeżerċita s-setgħat devoluti mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra” fir-rigward tad-deċiżjonijiet fuq l-ilmenti, kien imur kontra l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kull istituzzjoni tiddetermina l-awtoritajiet li jeżerċitaw fi ħdanha s-setgħat devoluti mill-imsemmija Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra, moqrija flimkien mal-Artikoli 4 u 12 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, hija kienet qed issostni li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermettix la lir-Reġistratur u lanqas lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiddelega s-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra li ngħataw lilhom. |
|
167 |
Qabelxejn għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti sempliċement tfakkar il-kontenut tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja li jipprovdi li “[l]-Imħallfin ma’ jistgħu ikollhom ebda kariga politika jew amministrattiva” u li tiddikjara li, bl-eċċezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-imħallfin u l-avukati ġenerali l-oħra ma jistgħu jeżerċitaw l-ebda funzjoni amministrattiva u, fost oħrajn, jaġixxu fil-kwalità ta’ Awtorità tal-Ħatra fil-kuntest ta’ kumitat responsabbli tal-ilmenti. Ebda argumentazzjoni legali ma sostniet din id-dikjarazzjoni. Madankollu, kif argumentat il-Qorti tal-Ġustizzja quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, din id-dispożizzjoni intiża li tiżgura l-indipendenza tal-imħallfin, kemm matul kif ukoll wara l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, fid-dawl fost oħrajn tal-Istati Membri jew ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni. Il-paragrafi l-oħrajn tal-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jittraduċu wkoll din l-intenzjoni li tiġi ppriżervata l-indipendenza tal-imħallfin. L-appellanti, madankollu, ma tistax tiddeduċi mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, impossibbiltà li jiġu eżerċitati funzjonijiet relatati mal-amministrazzjoni interna tal-istituzzjoni. Kif irrilevat, ġustament, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kitbiet tagħha quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, l-eżerċizzju mill-imħallfin tal-funzjonijiet amministrattivi interni għall-istituzzjoni ma jagħmel ebda dannu għall-indipendenza tagħhom u jippermetti li tiġi żgurata l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjoni. |
|
168 |
Barra minn hekk, l-appellanti sempliċement tgħid li, fid-dawl tal-Artikolu 12 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jipprovdi li l-uffiċjali u impjegati oħra mal-Qorti tal-Ġustizzja “għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur taħt l-awtorità tal-President”, huma biss ir-Reġistratur u l-President tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistgħu jeżerċitaw is-setgħat devoluti mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra. Hija ma turi lanqas il-kompatibbiltà tal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 12 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala li tirriżerva lir-Reġistratur u lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja l-eżerċizzju tas-setgħat devoluti lill-Awtorità tal-Ħatra, mal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kull istituzzjoni tiddetermina l-awtoritajiet li jeżerċitaw fi ħdanha s-setgħet devoluti mill-imsemmija Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra. Hija sempliċement tiddikjara, fil-fatt, li l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jista’ biss, fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja, jinqara flimkien mal-Artikoli 4 u 12 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
169 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-appellanti ma tistax issostni validament, mingħajr iktar dimostrazzjoni insostenn, li l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2004, li jipprovdi li l-kumitat responsabbli tal-ilmenti jeżerċita s-setgħat devoluti mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra fir-rigward tad-deċiżjonijiet fuq l-ilmenti, kien imur kontra l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal moqrija flimkien mal-Artikoli 4 u 12 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
170 |
Minn dan jirriżulta li l-motiv tal-ewwel istanzi bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2004, invokat mir-rikorrenti fil-Kawża F‑48/10, għandu jiġi miċħud. Għaldaqstant, ir-rikors F‑48/10 għandu jiġi miċħud f’dan ir-rigward. [omissis] |
|
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Jaeger Kanninen Gratsias Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 2015. Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.
( 1 ) Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat utli għall-pubblikazzjoni.