17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il-Parlament

(Kawża T-650/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka - Petizzjoni ddikjarata ammissibbli - Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura - Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors - Inammissibbiltà”))

2014/C 409/60

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Zoltán Lomnici (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Z. Lomnici, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, tas-17 ta’ Ottubru 2013, li tiddikjara magħluqa l-Petizzjoni Nru 1298/2013.

Dispożittiv

1)

It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Slovakka u mill-Ungerija

4)

Zoltán Lomnici għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament.

5)

Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.