13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2016 – Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġetti MARE, Senior u ECRN - Irkupru ta’ parti mill-għajnuna finanzjarja mħallsa - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Natura tal-motivi invokati - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 211/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inclusion Alliance for Europe GEIE (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: S. Famiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4696 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 212 411,89, flimkien mal-interessi, dovuta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proġetti MARE, Senior u ECRN.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inclusion Alliance for Europe GEIE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 15, 18.1.2014.