1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Boston Scientific Neuromodulation vs UASI (PRECISION SPECTRA)

(Kawża T-497/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRECISION SPECTRA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

(2014/C 431/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boston Scientific Neuromodulation Corp. (Valencia, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2099/2012-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PRECISION SPECTRA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boston Scientific Neuromodulation Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.