24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru - Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eċċezzjoni ta’ rikors parallel - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

2014/C 421/61

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, sussegwentement minn C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-143/11, ĠabraSP, EU:F:2013:81), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 291, 5.10.2013.