26.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 354/39 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-441/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet għad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt ta’ proprjetà - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Proporzjonalità - Awtorità ta’ res judicata - Terminu għar-rikors - Ammissibbiltà - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2015/C 354/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: G. Étienne u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
2) |
E. Eyad Makhlouf huwa kkundannat għall-ispejjeż. |