22.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-416/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Operat ta’ apparat vidjo ta’ lotterija - Għoti ta’ liċenzja esklużiva mill-Greċja - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
2014/C 329/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd (Valletta, Malta); u Stanley International Betting Ltd (Liverpool, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. A. Jacchia, I. Picciano, A. Terranova, F. Ferraro, G. Dellis, P. Kakouris u I. Koimitzoglou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Striani, aġenti, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni kkomunikat lir-rikorrenti d-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-ilment tagħhom u li tagħlaq il-fajl dwar il-każ COMP/39.981, Stanleybet Group 2/OPAP.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ellenika u mill-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP). |
3) |
Stanleybet Malta Ltd u Stanley International Betting Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |