8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Pure Fishing vs EUIPO – Łabowicz (NANOFIL)

(Kawża T-323/13) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimanti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NANOFIL - Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea NANO - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 144/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żygadło, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ April 2013 (Każ R 1241/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E. Łabowicz u Pure Fishing.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 252, 31.8.2013.