18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement - Preżentata tal-oriġinal wara l-iskadenza tat-terminu - Tardività tar-rikors - Appell manifestament infondat)

2014/C 15/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-131/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż sabiex jiġi annullat dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.