4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Ezz et vs Il-Kunsill

(Kawża T-279/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni kkonċernati - Bażi legali - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għall-inklużjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Dritt għall-proprjetà - Ħsara għar-reputazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aġġustament tat-talbiet u tal-motivi - Lis alibi pendens - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 118/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ahmed Abdelaziz Ezz (Giza, l-Eġittu), Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama (il-Kajr, l-Eġittu), Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (Giza), u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (Giza) (rappreżentanti: J. Binns, solicitor, J. Lewis, QC, B. Kennelly, J. Pobjoy, barristers, S. Rowe u J.-F. Bellis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 63), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/144/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2013(ĠU L 82, p. 54), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 “imġedded permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tat-22 ta’ Marzu 2013”, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 4), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.