27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/49 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Gemeente Nijmegen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-251/13) (1)
([“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn komun Olandiż favur klabb professjonali tal-futbol - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Miżura ta’ għajnuna implementata kompletament fid-data tad-deċiżjoni - Ammissibbiltà - Att li jista’ jiġi kkontestat”])
(2015/C 138/64)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Gemeente Nijmegen (Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. Janssen u S. van der Heul, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1152 finali, tas-6 ta’ Marzu 2013, dwar l-għajnuna mogħtija lill-klabbs professjonali tal-futbol Olandiżi Vitesse, NEC, Willem II, MVV, PSV u FC Den Bosch bejn l-2008 u l-2011 [Għajnuna mill-Istat SA.33584 (2013/C) (ex 2011/NN)].
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Gemeente Nijmegen huwa kkundannat għall-ispejjeż. |