7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-226/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament nieqes minn kull fondatezza fil-liġi - Posta mibgħuta, li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, lir-rappreżentant tal-appellant minn din is-sentenza - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2013/C 359/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-67/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

(3)

Luigi Marcuccio huwa kkundannat jirrimborsa lill-Qorti Ġenerali s-somma ta’ EUR 2 000 skont l-Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.