15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2014 – Cofresco Frischhalteprodukte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Direttiva 2013/2/UE - Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))

2014/C 315/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG (Minden, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Weil, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10), sa fejn il-Kummissjoni inkludiet ir-rollijiet, it-tubi u ċ-ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħsuba li jifformaw parti minn tagħmir tal-produzzjoni u li ma humiex użati sabiex jippreżentaw prodott bħala unità ta’ bejgħ, fuq il-lista ta’ eżempji ta’ prodotti li juru l-applikazzjoni tal-kriterji li jippreċiżaw il-kunċett ta’ “imballaġġ”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.