3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/82


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2013 — Talanton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) - Spejjeż eliġibbli - Rimbors ta’ somom mogħtija - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2013/C 225/182

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Talanton AE — Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketigk kai Dioikisis Epicheiriseon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Cordewener u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ bosta atti li jikkonċernaw ir-rimbors ta’ somom mogħtija lir-rikorrenti abbażi ta’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.