7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-149/13) (1)

(Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali - Inammissibbiltà)

2013/C 359/26

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3), fis-settur “Riċerka”, fl-oqsma “Bijoloġija/Xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa”, “Kimika”, “Fiżika u xjenzi tal-materjali”, “Riċerka nukleari”, “Inġinerija ċivili u mekkanika”, “Inġinerija elettrika u elettronika” (ĠU 2012, C 394 A, p. 11).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.