8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-116/13 P u T-117/13 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 u 2009 - Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali - Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta’ assenjazzjoni - Nomina sindakali - Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
(2014/C 71/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Żewġ appelli mid-digrieti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-70/11 u F-109/11, li għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Ġabra), u intiżi għall-annullament ta’ dawn id-digrieti.
Dispożittiv
(1) |
L-appelli huma miċħuda. |
(2) |
Giorgio Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. |