14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2016 – Brammer vs UASI – Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER)

(Kawża T-683/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja EUROMARKER - Trade mark verbali Komunitarja EURIMARK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 098/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brammer GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u H. Kunz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Office Ernest T. Freylinger SA (Strassen, il-Lussemburgu)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Office Ernest T. Freylinger SA u Brammer GmbH.

Dispositif

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1) hija parzjalment annullata, safejn din ikkonkludiet favur l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 38 “provvista ta’ aċċess għal servers ta’ databases għar-riċerkja tad-disponibbiltà u l-preskrizzjonijiet fil-qasam tat-trade marks u d-disinni Komunitarji” koperti mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Brammer GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 61, 1.3.2014.