18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni vs D’Agostino

(Kawża T-670/13 P) (1)

((“Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Dmir ta’ premura - Ksur tal-Artikolu 12a(2) tar-Regolament tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament tal-fajl”))

(2016/C 016/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara, aġenti)

Appellati: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, D’Agostino vs Il-Kummissjoni (F-93/12, ĠabraFP, EU:F:2013:155), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoi Ewropea (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, D’Agostino vs Il-Kummissjoni (F-93/12), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod żbaljat id-dmir ta’ premura.

2)

Il-kumplament tal-appell prinċipali huwa miċħud.

3)

Is-sentenza D’Agostino vs Il-Kummissjoni hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jiddeċiedi dwar l-ewwel parti tat-tieni motiv u żnaturah.

4)

Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.

5)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

6)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014.