15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni vs Thomé

(Kawża T-669/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Rifjut ta’ reklutaġġ - Eżistenza ta’ diploma konformi mal-avviż ta’ kompetizzjoni minħabba approvazzjoni - Dannu finanzjarju u morali”))

(2014/C 448/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċeduri: Florence Thomé (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2013, Thomé vs Il-Kummissjoni (F-97/12, ĠabraSP, EU:F:2013:142), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.