23.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 10 ta’ Frar 2015 – IOIP Holdings vs UASI (GLISTEN)

(Kawża T-648/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali GLISTEN - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 096/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IOIP Holdings LLC (Fort Wayne, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Dhondt u S. Kinart, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1028/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GLISTEN bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

IOIP Holdings LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 1.3.2014.