9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Groupe Canal + vs UASI – Euronews (News+)

(Kawża T-591/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali News+ - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ACTU+ - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 046/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: L. Barissat u R. Joseph, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euronews (Écully, Franza) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Schmitt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1533/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Groupe Canal + u Canal + France u, min-naħa l-oħra, Euronews.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Groupe Canal + huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.