19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller vs UASI (Original Eau de Cologne)

(Kawża T-556/13) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kollettiva verbali Original Eau de Cologne - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b)(c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

(2015/C 016/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller eV (rappreżentant: T. Schulte-Beckhausen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 2064/2012-14), fir-rigward ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Original Eau de Cologne bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Verband der Kölnisch Wasser Hersteller eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.