|
22.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – CW vs Il-Kunsill
(Kawża T-516/13) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent ibbażata fuq motivazzjoni ġdida wara l-annullament ta’ miżuri ta’ iffriżar ta’ fondi preċedenti - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Żball ta’ fatt - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rabta kawżali”))
(2016/C 305/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CW (rappreżentant: A. Tekari, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2014, L 204, p. 52), sa fejn tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li allegatament ġarrab ir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |