|
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/49 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – AN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-512/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas li tingħata deċiżjoni - Żnaturament tal-fatti”))
(2015/C 046/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: AN (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: É. Boigelot u R. Murru, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013, AN vs Il-Kummissjoni (F-111/10, ĠabraSP, EU:F:2013:114), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), AN vs Il-Kummissjoni (F-111/10, ĠabraSP, EU:F:2013:114), hija annullata peress li naqas milli jiddeċiedi fuq il-motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-investigazzjoni bir-referenza CMS 07/041. |
|
2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
|
3) |
L-appell ippreżentat minn AN quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-111/10 huwa miċħud. |
|
4) |
AN għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea marbuta kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll dawk marbuta ma’ din l-istanza. |
|
5) |
Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll dawk marbuta ma’ din l-istanza. |