23.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – nMetric vs UASI (SMARTER SCHEDULING)

(Kawża T-499/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità - Trade mark verbali SMARTER SCHEDULING - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 096/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: nMetric LLC (Costa Mesa, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Fuchs u A. Münch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 887/2012-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali SMARTER SCHEDULING.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

nMetric LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 344, 05.02.13.