25.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2014 – You-View.tv vs UASI – YouView TV (YouView+)

(Kawża T-480/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali YouView+ - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti You View You-View.tv - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kunċett ta’ ‘dispożizzjoni kuntrarja’ - Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95)”])

2014/C 282/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: You-View.tv (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: S. Criel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: YouView TV Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 2112/2012-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn You-View.tv u YouView TV Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 2112/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn You-View.tv u YouView TV Ltd, hija annullata.

2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.