31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Lundbeck vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-472/13) (1)
([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għa’ - Kompetizzjoni potenzjali - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi - Ftehimiet konklużi bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriżi ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi - Artikolu 101(1) u (3) TFUE - Żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Multi”])
(2016/C 402/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: H. Lundbeck A/S (Valby, id-Danimarka) u Lundbeck Ltd (Milton Keynes, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Subiotto, QC, u T. Kuhn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke, F. Castilla Contreras, B. Mongin, T. Vecchi u C. Vollrath, sussegwenement F. Castilla Contreras, B. Mongin, T. Vecchi, C. Vollrath u T. Christoforou, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti: European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, u M. Healy, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
H. Lundbeck A/S u Lundbeck Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Il-European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |