25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/13) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna ġdida”])
(2016/C 027/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Cataluña (Spanja) u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, sussegwentement minn J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Reverter Baquer u A. Lamadrid de Pablo, u fl-aħħar nett minn J. Buendía Sierra, M. Reverter Baquer u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno, V. Romero Algarra, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra. |