11.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – CEDC International vs UASI – Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT)

(Kawża T-450/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WISENT VODKA - Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti ŹUBRÓWKA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tat-trade marks - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/209”))

(2016/C 007/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Siciarek, J. Mrozowski u G. Rząsa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fabryka Wódek Polmos Łańcut SA (Łańcut, il-Polonja) (rappreżentant: A. Gorzkiewicz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1734/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Przedsiębiorstwo Polmos Białystok u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1734/2011-4) hija annullata.

2)

L-UASI u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn CEDC International sp. z o.o.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.