9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Comptoir d’Épicure vs UASI – A-Rosa Akademie (da rosa)

(Kawża T-405/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva da rosa - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti aROSA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-regola 22 tar-Regolament (KE) Nruo2868/95”))

(2015/C 046/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Le Comptoir d’Épicure (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: A-Rosa Akademie GmbH (Rostock, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1195/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A- Rosa Akademie Gmbh u Le Comptoir d’Épicure.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Le Comptoir d’Épicure hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 284, 28.9.2013.