|
8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Diċembru 2015 – Perfetti Van Melle vs UASI (DAISY u MARGARITAS)
(Kawżi magħquda T-381/13 u T-382/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni gġan trade marks verbali Komunitarji DAISY u MARGARITAS - Raġunijiet assoluti għal rifjtu - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 048/50)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2013 (Każ R 427/2012-1 u R 430/2012-1), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni rispettivament tas-sinjal verbali DAISY u tas-sinjal verbali MARGARITAS bħala trade marks Komunitarji.
Dispożittiv
|
1) |
Iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjzoni fis-Suq Intern (UASI) tal-10 ta’ April 2013 (rispettivament il-Każijiet R 427/2012-1 u R 430/2012-1) huma annullati sa fejn dawn ċaħdu l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, rispettivament, tas-sinjal verbali DAISY u tas-sinjal verbali MARGARITAS bħala trade marks Komunitarji, għall-prodotti li ġejjin: “dolċerija, għaġina, ħelu, karamelli rotob, marshmallows, karamelli, chewing gum, ġelatina (dolċerija), likorizja, lollipops, toffee, pastilla, zokkor, ċikkulata, kakaw”. |
|
2) |
L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż. |