27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2015 – ultra air vs UASI Deutschland (ultra.air ultrafilter)

(Kawża T-377/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità - Trade mark Komunitarja verbali ultra.air ultrafilter - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 138/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ultra air GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Haan, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Siebertz, M. Teworte-Vey u A. Renvert, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1100/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Donaldson Filtration Deutschland GmbH u ultra air GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1100/2011-4) hija annullata sa fejn din tikkonċerna s-sistemi ta’ kontroll tal-ħin.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ultra air GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-UASI u minn Donaldson Filtration Deutschland GmbH.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.