30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Vita Phone vs UASI

(Kawża T-318/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LIFEDATA - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b), u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2015/C 107/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vita Phone GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ruess u A. Doepner-Thiele, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1072/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali LIFEDATA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vita Phone GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 3.8.2013.