12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2014 – Repsol vs UASI – Adell Argiles (ELECTROLINERA)

(Kawża T-308/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ELECTROLINERA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ELECTROLINERA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 007/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Josep María Adell Argiles (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. García Jiménez u A. Zuazo Araluze, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1565/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Josep María Adell Argiles u Repsol, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1565/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Josep María Adell Argiles u Repsol, SA., hija annullata f’dak li jikkonċerna ż-“żjut u grassi industrijali; lubrikanti; karburanti (inklużi spirti tal-muturi)” fil-klassi 4 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.