15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-275/13) (1)
([“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])
(2016/C 059/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze et B. Beutler, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja (ĠU 2013, C 75 A, p. 1).
Dispożittiv
1) |
L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja, huwa annullat. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana. |
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom. |