6.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Nutrexpa vs UASI – Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara MARĺA ORO)
(Kawża T-271/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cuétara MARÍA ORO - Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti ORO - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 221/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Nutrexpa, SL (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, M. Ferrándiz Avendaño u Y. Sastre Canet, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: Ó. Mondéjar Ortuño u V. Melgar, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u G. Petrocchi, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1285/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl u Nutrexpa, SL.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Nutrexpa, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |