3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Polo/Lauren vs UASI – FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota li jżomm mazza)

(Kawża T-265/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta tifel fuq rota li jżomm mazza - Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirappreżentaw persuna li tilgħab il-polo - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 388/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Davies, solicitor, J. Hill, barrister, u R. Black, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FreshSide Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lockett, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Polo/Lauren Company, LP u FreshSide Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn The Polo/Lauren Company, LP.

3)

FreshSide Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.