201807201122013552018/C 276/61TC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180626363611

Kawża T-259/13 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni (“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali — Żoni ta’ żvantaġġi naturali — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Infiq imwettaq minn Franza — Kriterju ta’ tagħbija — Kontrolli fuq il-post”)


C2762018MT3610120180626MT0061361361

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/13 RENV) ( 1 )

“(“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali — Żoni ta’ żvantaġġi naturali — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Infiq imwettaq minn Franza — Kriterju ta’ tagħbija — Kontrolli fuq il-post”)”

2018/C 276/61Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, S. Horrenberger, R. Coesme, E. de Moustier u A.-L. Desjonquères, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Bianchi, G. von Rintelen u J. Aquilina, sussegwentement D. Bianchi, G. von Rintelen u A. Lewis, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123 UE tas-26 ta’ Frar 2013 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2013, L 67, p. 20).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


( 1 ) ĠU C 207, 20.7.2013.