10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – MHCS vs UASI – Ambra (DORATO)

(Kawża T-249/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DORATO - Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirrapreżenta tikketti għall-għonq ta’ flixkun - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95))

2014/C 175/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MHCS (Épernay, Franza) (rappreżentanti: P. Boutron, N. Moya Fernández u L. É. Balleydier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, N. Bambara u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ambra S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kaczan-Parchimowicz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Frar 2013 (Każ R 1877/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MHCS u Ambra S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

MHCS hija kkundatnnata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli ta’ Ambra S.A. għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.