8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja - Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo - Protezzjoni legali ‘sa fejn awtorizzat mil-liġi’ - Ksur skont is suġġett - Restrizzjoni aċċessorja - Awtonomija tal-aġir tar-rikorrenti - Kompetizzjoni potenzjali - Ksur skont l-effetti - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Talba għas-smigħ tax-xhieda”))

(2016/C 287/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez u E. Peinado Iríbar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis fil-multa.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Telefónica, SA għal EUR 66 894 000, peress li dan l-ammont ġie ffissat abbażi tal-valur tal-bejgħ stmat mill-Kummissjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Telefónica għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż ta’ Telefónica.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.