4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2014 – 1872 Holdings vs UASI – Havana Club International (THE SPIRIT OF CUBA)

(Kawża T-207/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali THE SPIRIT OF CUBA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 253/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1872 Holdings vof (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Antoine-Lalance, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Havana Club International, SA (Ħavana, Kuba) (rappreżentant: M. Pomares Caballero, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Jannar 2013 (Każ R 684/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Havana Club International SA u 1872 Holdings vof.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

1872 Holdings vof hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013