20150731038616962015/C 270/271862013TC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL20150630222322

Kawżi magħquda T-186/13, T-190/13 u T-193/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Bejgħ ta’ artijiet — Għajnuna mogħtija lil Schouten-de Jong Bouwfonds minn sħubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat implementata mill-komun ta’ Leidschendam-Voorburg — Tnaqqis tal-prezz tal-bejgħ ta’ artijiet u eżenzjoni retroattiva mill-ħlas tad-drittijiet dovuti għall-esplojtazzjoni u għall-kwalità — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna — Kriterju tal-investitur privat — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha”)


C2702015MT2220120150630MT0027222232

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-186/13, T-190/13 u T-193/13) ( 1 )

“(“Għajnuna mill-Istat — Bejgħ ta’ artijiet — Għajnuna mogħtija lil Schouten-de Jong Bouwfonds minn sħubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat implementata mill-komun ta’ Leidschendam-Voorburg — Tnaqqis tal-prezz tal-bejgħ ta’ artijiet u eżenzjoni retroattiva mill-ħlas tad-drittijiet dovuti għall-esplojtazzjoni u għall-kwalità — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna — Kriterju tal-investitur privat — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha”)”

2015/C 270/27Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u J. Langer, aġenti) (Kawża T-186/13); Gemeente Leidschendam-Voorburg (il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. de Groot u J.-K. Sluijs, avukati) (Kawża T-190/13); Bouwfonds Ontwikkeling BV (Hoevelaken, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV (Leidschendam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: E. Pijnacker Hordijk u X. Reintjes, avukati) (Kawża T-193/13)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 87, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24123 (2012/C) (ex 2011/NN) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi – Bejgħ preżunt ta’ artijiet bi prezz inqas mill-prezz tas-suq mill-komun ta’ Leidschendam-Voorburg.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 87, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24123 (2012/C) (ex 2011/NN) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi – Bejgħ preżunt ta’ artijiet bi prezz inqas mill-prezz tas-suq mill-komun ta’ Leidschendam-Voorburg, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, mill-Gemeente Leidschendam-Voorburg, minn Bouwfonds Ontwikkeling BV u minn Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV.


( 1 ) ĠU C 156, 1.6.2013.