8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni vs BO

(Kawża T-174/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż tat-trasport - Spejjeż tat-trasport għal raġunijiet lingwistiċi - Artikolu 19(2) tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej - Titolu II, Kapitolu 12, punt 2.5, tad-direttivi ġenerali ta’ implementazzjoni relatati mar-rimbors tal-ispejjeż mediċi)

(2014/C 71/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: BO (Amman, il-Ġordan) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Jannar 2013, BO vs Il-Kummissjoni (F-27/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn BO fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 164, 8.6.2013.