|
14.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI – Demharter (MOTOBI)
(Kawża T-170/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali MOTOBI - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 098/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Benelli Q. J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Lukácsi u B. Bozóki, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kohn, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2080/2011-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Demharter GmbH u Benelli Q.J. Srl.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Benelli Q. J. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |