9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Oil Pension Fund Investment Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-121/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Modulazzjoni tal-effetti ta’ annullament fiż-żmien”))

(2015/C 371/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oil Pension Fund Investment Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn hija tinkludi l-isem ta’ Oil Pension Fund Investment Company fil-lista li tidher fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-pożizzjoni komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn jinkludi l-isem ta’ Oil Pension Fund Investment Company fil-lista li tidher fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012 għandhom jinżammu sa fejn jikkonċernaw Oil Pension Fund Investment Company, sad-data ta’ skadenza tat-terminu għall-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jitressaq appel f’dan it-terminu, sa meta l-appell jiġi miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Oil Pension Fund Investment Company.


(1)  ĠU C 129 tal-4/5/2013.