|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-110/13) (1)
([“Programm għall-appoġġ tal-Komunità ta’ miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi kandidati tal-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant (Sapard) - Finanzjament mill-Unjoni ta’ ċertu nfiq magħmul mil-Litwanja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi li l-Litwanja tirrimborsa parti mill-ammont imħallas - Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 - Riferiment għall-prinċipji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 - Portata tal-ftehim multiannwali ta’ finanzjament relatat mal-programm Sapard - Kooperazzjoni leali”])
(2015/C 429/21)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė, D. Skara u V. Čepaitė, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, A. Steiblytė u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Primarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni FK/fa/D(2012)1707818, tal-10 ta’ Diċembru 2012, sa fejn in-nota ta’ debitu Nru 3241213460 annessa hija relatata ma’ proġetti li kellhom jitwettqu minn impriżi li fallew u mal-proġett P27010010.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |