|
29.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta Jannar 2016 – Ntouvas vs ECDC
(Kawża T-94/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2010 - Ċħid tar-rikors fl-ewwel istanza - Terminu għall-preżentata tad-difiża - Proroga - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Artikolu 39(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Regolarità tal-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni”))
(2016/C 078/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ioannis Ntouvas (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: inizjalment R. Trott, sussegwentement J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012, Ntouvas vs ECDC (F-107/11, ĠabraSP, EU:F:2012:182), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Ioannis Ntouvas huwa kkundannat għall-ispejjeż. |