|
3.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 388/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Herdade de S. Tiago II vs UASI – Polo/Lauren (V)
(Kawża T-90/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva V - Trade marks Komunitarji, nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti li jirrapreżentaw plejer tal-polo - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 388/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: I. de Carvalho Simões u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u S. Davies, solicitors)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2240/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP u Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |